L-għan tal-proġett REACH HIGH II huwa li jipprovdi għotja għar-riċerka ta’ wara d-dottorat. Dawn ir-riċerkaturi jingħataw l-opportunità li jipproponu proġetti ta’ riċerka m’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla fi ħdan oqsma ta’ prijorità. L-għotjiet għar-riċerka huma maħsuba biex jgħinu fil-bini ta’ riċerka ta’ eċċellenza f’ oqsma li jikkumplimentaw l-istrateġija nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Il-proġett REACH HIGH II se jkompli jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali ta’ Malta bil-għan li jiżdied in-numru ta’ riċerkaturi li jsegwu u jirnexxu fir-riċerka post-dok. L-edukazzjoni għolja hija essenzjali għas-soċjetà għax tgħin biex trawwem l-innovazzjoni, iżżid l-iżvilupp, t-tkabbir tal-ekonomija, u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.
L-iskema REACH HIGH II li għandha l-għan li tindirizza l-għanijiet imsemmija hawn fuq hija kkoffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Reach High II Skema Post – Doc ESF+.03.186 it-tielet sejħa 2026.
l-applikazzjonijiet jiftħu mit-30 ta’ Lulju 2026 sa 28 ta’ Awwissu 2026 12:00 PM(ħin lokali)
Regolamenti Reach High ll 2026
Dikjarazzjoni dwar Finanzjament Doppju
Dikjarazzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat
Ftehim Tripartitiku – It-Tielet Sejħa
Applikazzjoni onlajn: agħfas hawn
Se ssir laqgħa informattiva fl-20 ta’ Awwissu 2026 fl-4:00 p.m. online permezz ta’ Teams.
Regolamenti tas-snin ta’ qabel:
Informazzjoni Postali
Telefon
Emajl