TESS - Tertiary Education Scholarhips Scheme

Ħarsa Ġenerali

L-iskema ta’ Boroż ta’ Studju fl-Edukazzjoni Terzjarja (Tertiary Education Scholarship Scheme) hija maħsuba li tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta’ kwalità fil-livelli 7 u 8, u li tfittex li tipprovdi s-suq tax-xogħol Malti b’individwi b’ħiliet. L-iskema għandha l-għan li tappoġġja lil dawk li jsegwu din it-triq biex jirnexxu kemm fil-livell tal-kisba tal-edukazzjoni kif ukoll tikkontribwixxi b’mod effettiv lejn l-ekonomija.
L-edukazzjoni terzjarja tifforma parti dejjem aktar importanti mill-aġenda ekonomika u soċjali ta’ kwalunkwe pajjiż. Tipprovdi wkoll element ewlieni mill-iżvilupp professjonali kontinwu ta’ ħafna nies.
L-iskema ta’ Boroż ta’ Studju fl-Edukazzjoni Terzjarja, li għandha l-għan li tindirizza l-għanijiet imsemmija hawn fuq, hija ffinanzjata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, Iż-Żgħażagħ, Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Oqsma ta’ Studju

L-oqsma ta’ studju fi ħdan l- Borża ta’ studju fl-Edukazzjoni Terzjarja (TESS) huma:

  • Industrji kreattivi
  • Edukazzjoni *
  • Studji Ambjentali *
  • Finanzi
  • Saħħa u Mediċina *
  • Humanities u l-Arti
  • Teknoloġija ta’ l-Informatika u tal-komunikazzjoni
  • Affarijiet Internazzjonali u Interni
  • Management
  • Studju marbutin mal-qasam Marittimu
  • Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika *
  • Is-Servizzi u r-Retail
  • It-Turiżmu u l-Istudji tal-Ospitalita’
  • It-Trasport u l-Loġistika,
  • Studju marbutin mal-qasam-Veterinarju

*Dawn l-oqsma jingħataw prijorita’.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT

Informazzjoni postali

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation
Great Siege Road
Floriana VLT 2000
Malta
 

Telefon

25982667/78

 
Emajl
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.