Reach High II Skema Post - Doc ESF+.03.186

L-għan tal-proġett REACH HIGH II huwa li jipprovdi għotja għar-riċerka ta’ wara d-dottorat. Dawn ir-riċerkaturi jingħataw l-opportunità  li jipproponu proġetti ta’ riċerka m’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla fi ħdan oqsma ta’ prijorità. L-għotjiet għar-riċerka huma maħsuba biex jgħinu fil-bini ta’ riċerka ta’ eċċellenza f’ oqsma li jikkumplimentaw l-istrateġija nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Il-proġett REACH HIGH II se jkompli jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali ta’ Malta bil-għan li jiżdied in-numru ta’ riċerkaturi li jsegwu u jirnexxu fir-riċerka post-dok. L-edukazzjoni għolja hija essenzjali għas-soċjetà għax tgħin biex trawwem l-innovazzjoni, iżżid l-iżvilupp, t-tkabbir tal-ekonomija, u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

L-iskema REACH HIGH II li għandha l-għan li tindirizza l-għanijiet imsemmija hawn fuq hija kkoffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Reach High II Skema Post – Doc ESF+.03.186 Sejħa 2025. 

l-applikazzjonijiet jiftħu mit-2 ta’ Ġunju 2025 – 29 ta’ Awissu 2025 12:00 PM(ħin lokali)

Regolamenti Reach High ll 2025

Applikazzjoni onlajn: agħfas hawn

Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni onlajn 2025 fl-16:00 hrs(ħin lokali). 

Gvern-Malta-Logo
MT Ikkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea - Logo

Informazzjoni Postali

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Uffiċċju ta’ Boroż ta’ Studju
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana VLT 2000
Malta
 

Telefon

25982671/2677

Emajl

reach-high.meyr@gov.mt

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.