L-għarfien tal-lingwa huwa importanti biex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol Maltija tkun reżiljenti, dinamika, u mgħammra b’ħiliet li jappoġġaw in-natura miftuħa tal-ekonomija Maltija. Il-Gvern ta’ Malta jirrikonoxxi l-benefiċċji numerużi miksuba miż- żgħażagħ li huma esposti għat-tagħlim ta’ lingwa barranija fil-pajjiż rispettiv. Għal dan il-għan, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, Iż-Żgħażagħ, Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR), huwa impennjat li jipprovdi għajnuna finanzjarja liż-żgħażagħ biex jiżviluppaw l-orizzonti lingwistiċi u kulturali tagħhom billi jagħmlu taħriġ lingwistiku fil-pajjiż rispettiv.
L-għanijiet ewlenin ta’ din l-għotja huma li;
TIpprovdi liż-żgħażagħ bil-possibbiltà li jsegwu taħriġ fil-lingwa fil-pajjiż rispettiv,
Live the Language Foreign Languages Grants Scheme sejħa 2025
l-applikazzjonijiet jiftħu mis-6 ta’ Mejju 2025 12:00 PM(ħin lokali)
Applikazzjoni onlajn: agħfas hawn
Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni onlajn fit-30 ta’ Mejju 2025 fl-16:00 hrs(ħin lokali).
Regolamenti tas-snin ta’ qabel
Informazzjoni Postali
Ministru għall-Edukazzjoni,
l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Uffiċċju ta’ Boroż ta’ Studju
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana VLT 2000
Malta
Telefon
Emajl