Boroż Ta' Studju ENDEAVOUR II Scholarships ESF+.03.185

L-iskema ta’ boroż ta’ studju ENDEAVOUR II tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta’ kwalità fil-livelli 7, biex tassigura li s-suq tax-xogħol Malti jkollu l-aħjar nies sabiex dan ikun f’pożizzjoni li jikkompeti f’livell internazzjonali. L-iskema għandha l-għan li tappoġġja lil dawk li jaqbdu din it-triq għax dawn jikkontribwixxu effettivament lill-ekonomija. L-edukazzjoni terzjarja hi importanti ħafna fl-aġenda ekonomika u soċjali ta’ kull pajjiż. Dan għaliex hija element ewlieni fl-iżvilupp professjonali kontinwu ta’ ħafna nies.

Dan l-proġett, li għandu l-għan li jilħaqq l-oġġettivi msemmija hawn fuq, huwa kkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

L-għan ewlieni tal-iskema ta’ Boroż ta’ Studju ENDEAVOUR II huwa li;

  • Tassisti lin-nies sabiex isegwu aktar livelli ta’ riċerka akkademika;
  • Iżżid il-ħilijiet b’ mod partikolari fi ħdan is-setturi ekonomiċi ta’ prijorità;
  • Tappoġġja aktar riċerka fix-xjenza, t-teknoloġija u proġetti sostenibbli; u
  • lżżid l-kapaċità u l-livell ta’ riċerka, innovazzjoni u żvilupp f ’Malta

Borża Ta’ Studju ENDEAVOUR II Scholarships ESF+.03.185 il-Ħames Sejħa 2026

Ir-Regolamenti

FAQs

l-applikazzjonijiet jiftħu fis-27 ta’ April 2026 sa1-5 ta’ Ġunju 2026 sa 12:00 PM(ħin lokali).

Applikazzjoni onlajn: agħfas hawn

Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni onlajn 14 ta’ Mejju 2026 mil- 16:00 – 17:30 hrs

Jekk jogħġbok aċċessa l-powerpoint hawn.

Dokumenti mandatoriji li jridu jitilqgħu ma’ l-applikazzjoni.

Appendiċi 1 Ittra ta’ Motivazzjoni
Skeda l
Skeda ll
Skeda lll
Permess Permanenti ta’ Residenza għall-barranin li qed japplikaw. 

Gvern-Malta-Logo
Endeavour-Logo
MT Ikkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea - Logo

Informazzjoni Postali

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-isport
Uffiċċju ta’ Boroż ta’ Studju
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana VLT 2000
Malta
 

Telefon

25982672/3/5/25982697

Emajl

[email protected]

FAQs

Step by Step Application