L-Iskema Boroż ta’ Studju fl-Arti f’Malta għandha l-għan li tipprovdi aktar opportunitajiet biex jiġu appoġġjati individwi li għandhom talent eċċezzjonali fil-promozzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni tal-ispettaklu professjonali fl-arti. It-teatru, il-mużika, iż-żfin, id-disinn, il-kitba kreattiva, il-films, u l-arti viżiva, jew kwalunkwe taħlita tagħhom, qed jingħataw il-prijorità mistħoqqa.
L-iskema hija disponibbli wkoll għal applikanti taħt is-16-il sena. F’dawn il-każijiet, jekk l-applikant jingħata Borża ta’ Studju fl-Arti, il-kustodju legali għandu jkun marbut li jiffirma dikjarazzjoni separata li tikkonferma li l-minorenni se jkompli jsegwi l-edukazzjoni obbligatorja matul il-perjodu tal-Borża ta’ Studju.
Barra minn hekk, l-applikanti li jingħataw Borża ta’ Studju fl-Arti għandhom ikunu disponibbli biex jibdew il-programm/kors/kwalifika tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena rispettiva.
Borża ta’ Studju Malta Arts Scholarships Sejħa 2025
l-applikazzjonijiet jiftħu mit- 30 ta’ Mejju – sat- 27 ta’ Ġunju 2025 sa 12:00 PM(ħin lokali)
Applikazzjoni onlajn: agħfas hawn
Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni onlajn fis-sittax ta’ Ġunju 2025 fl-16:00 hrs.
Dokument meħtieġ għal din l-applikazzjoni:
Kull Skema ta’ Borża ta’ Studju hija rregolata mis-sett ta’ regolamenti tagħha stess. Għalhekk, l-eliġibbiltà tiddependi fuq il-kriterji speċifikati fir-regolamenti tal-iskema rispettiva, li jistgħu jiġu riveduti kull sena kif jitqies meħtieġ.
Informazzjoni Postali
Ministru għall-Edukazzjoni,
l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Telefon
Email