Tertiary Education Scholarhips Scheme (TESS) hija maħsuba biex tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta’ kwalita’ tajba f’livell 7 tal-QMK u livell 8 tal-QMK (Qafas Malti għall-Kwalifiki) u biex tfittex li tikkontribwixxi lejn is-suq tax-xogħol Malti b’individwi ta’ ħila xierqa. L-iskema hija mmirata biex tappoġġa lil dawk li qed isegwu din it-triq biex jirnexxu kemm fil-livell tal-kisba tal-edukazzjoni kif ukoll jikkontribwixxu b’mod effettiv lejn l-ekonomija.