L-Iskema ta’ Boroż ta’ Studju ENDEAVOR għandha tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta’ kwalità tajba u tiżgura li s-suq tax-xogħol Malti jiġi fornut bl-individwi t-tajbin u li jiggarantixxi li jkun f’pożizzjoni aħjar biex jikkompeti fuq livell internazzjonali. L-iskema hija mmirata biex tappoġġja lil dawk li qed isegwu din il-mixja biex jirnexxu kemm fil-livell tal-kisba tal-edukazzjoni kif ukoll biex jikkontribwixxu b’mod effettiv lejn l-ekonomija.