Iva, biex taċċessa l-applikazzjoni onlajn E-ID hija essenzjali.

Kull min għandu bejn 11 u 21-il sena fil-ħin tal-applikazzjoni, u li hu interessat li jieħu sehem fi programm ta’ taħriġ fil-lingwa f’wieħed mill-lingwi li ġejjin hawn taħt fil-pajjiżi rispettivi tagħhom:

      1. Għarbi
      2. Franċiż
      3. Ġermaniż
      4. Irlandiż
      5. Taljan
      6. Latin
      7. Ċiniż (Mandarin)
      8. Russu
      9. Spanjol
      10. Żvediż

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-ġenituri/gwardjani legali. Huwa mportanti li jindikaw il-kunsens u l-awtorizzazzjoni tagħhom biex il-persuna li hi taħt l-eta’ tipparteċipa f’din l-iskema. Il-formola tal-kunsens għandha tiġi mimlija u mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni.

Wieħed għandu japplika wara li jitlesta l-kors. Huwa importanti li żżomm l-invoices, irċevuti u bank statements tal-kors, tal-akkomodazzjoni, u tal-biljetti tal-ajru. L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati BISS sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara li l-kors jitlesta.

      1. Invoices, irċevuti u dikjarazzjonijiet tal-bank (bank statements) ghal-ispejjeż tal-programm ta’ taħriġ, akkomodazzjoni (indirizzati lill-applikant/il-ġenitur/il-gwardjan u għandhom jinkludu d-dati ta’ check-in u check-out), u biljetti tal-ajru.
      2. Passaġġi tal-ajru taż-żewġ titjiriet (tat-tluq u tar-ritorn) tal-applikant.
      3. Ċertifikat ta’ Attendenza / Ċertifikat ta’ Premju li juri l-isem tal-applikant, id-data meta ngħata, id-data tal-bidu u ta’ tmiem il-kors, u l-isem tal-kors.
      4. Formola ta’ Identifikazzjoni Finanzjarja (TR/S-9): tista’ tinstab mis-sit tagħna u għandha tiġi mimlija u sottomessa flimkien mal-applikazzjoni.
      5. Formola ta’ Protezzjoni tad-Data: tista’ tinstab mis-sit u għandha tiġi mimlija u sottomessa flimkien mal-applikazzjoni.
      6. Formola tal-Kunsens: għall-applikanti taħt 18-il sena, tista’ tinstab mis-sit u għandha tiġi mimlija u sottomessa flimkien mal-applikazzjoni.

Din l-iskema tkopri l-ispejjeż tal-kors, l-akkomodazzjoni: għat-tul tal-kors u sa 2 iljieli iżjed; waħda qabel id-data tal-bidu tal-kors u waħda wara, u l-vjaġġi.

Spejjeż oħra relatati ma’ vjaġġar bħal bus, taxi, metro, eċċ, M’HUMIEX KOPERTI. Il-programm ta’ taħriġ fil-lingwa għandu jkun twil minn tal-inqas 15-il siegħa.

Il-valur massimu għal kull għotja hu ta’ €850 (l-għotja tiġi mħallsa pro-rata u maħduma fuq l-invoices, irċevuti, u dikjarazzjonijiet tal-bank).

Iva, tista’ terġa tapplika ghal-kors ieħor, 3 xhur wara li l-kors preċedenti jkun tlesta.

Dawk li huma mħajra japplikaw nħeġġuhom jaqraw ir- regolamenti li jinsabu f’din is-sit qabel ma jibdew jimlew l-applikazzjoni. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq: livethelanguage.meyr@gov.mt