L-istudji tal-lingwi barranin huma oqsma mportanti biex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol Maltija tkun reżiljenti, dinamika u mgħammra b’ħilijiet li jappoġġjaw in-natura miftuħa tal-ekonomija Maltija. Minkejja l-isforzi kollha li saru mill-istituzzjonijiet edukattivi biex jippromwovu t-tagħlim u tagħrif ta’ lingwi barranin, il-Gvern ta’ Malta jirrikonoxxi l-bosta benefiċċji li jiksbu ż-żgħażagħ li huma esposti għat-tagħlim ta’ lingwa barranija f ’pajjiżhom.