Il-promulgazzjoni tal-isports fuq livell professjonali se tippromwovi l-iżvilupp ta’ atleti ta’ prestazzjoni għolja li eventwalment se jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali. L-elevazzjoni tal-istatus tal-isport f’Malta mhux biss se ġġib magħha rikonoxximent internazzjonali usa’ b’benefiċċji ekonomiċi pożittivi għall-industrija tat-turiżmu iżda se tinkoraġġixxi wkoll l-adozzjoni tal-isport u l-attivita’ fiżika madwar il-pajjiż li tirriżulta f’titjib ġenerali fis-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni kollha kemm hi.