FAQs
Iva, biex taċċessa l-applikazzjoni online huwa essenzjali li jkollok E-ID. F’dan il-każ, il-ġenituri se jaċċessaw is-sistema bl-E-ID tagħhom. Wara, iridu jdaħħlu n-numru tal-karta tal-identità tal-istudent.
Irreferi għat-Taqsima 4, Eliġibbiltà, fir-Regolamenti.
L-Iskema Achieve 360 – Excellence in Sport and Education hija maħsuba biex tappoġġja studenti li qed isegwu kors post-sekondarju li jwassal għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola, filwaqt li fl-istess ħin qed jagħmlu taħriġ strutturat fid-dixxiplina sportiva tagħhom fil-Mediterranean College of Sport (MCS).
Irreferi għat-Taqsima 7, Formoli tal-Applikazzjoni, fir-Regolamenti għal gwida. Kun żgur li d-dokumenti kollha jintbagħtu f’format PDF biss.
Barra minn hekk, ir-Report tal-Profil Achieve 360 u n-nomina tal-klabb, inkluż il-MQS u r-riżultati tal-pass mark, huma rekwiżiti obbligatorji. Imla t-template tal-Profile Report disponibbli fuq il-websajt u inkludih mal-applikazzjoni.
Nirrakkomandaw li tipprepara d-dokumenti kollha minn qabel u ttella’ kollox waqt il-proċess tal-applikazzjoni sabiex tevita problemi jew dewmien.
S’issa, il-Mediterranean College of Sport (MCS) huwa l-unika istituzzjoni li toffri taħriġ u studji relatati ma’ din l-iskema.
Le, fil-ħin tal-applikazzjoni m’hemmx bżonn li tkun diġà ġejt aċċettat. Madankollu, trid tibgħat Ittra ta’ Unconditional Letter of Acceptance (ULA) sat-tieni skadenza kif indikat fil-Klawsola 7.5.