Iva, biex taċċessa l-applikazzjoni onlajn E-ID hija essenzjali.
Dawk L-artitsti li ghandhom l’fuq minn 11-il sena u ser jattendi kors fl-Arti Espressiva mill-Livell MQF 5 sal-Livell MQF 8.
Irreferi għal Sezzjoni 7 tar-Regolamenti, Formoli ta’ Applikazzjoni.Id-dokumenti jiġu aċċettati biss f’format ta’ PDF. Huwa ssuġġerit li tħejji d-dokumenti minn qabel u tgħemmiżhom mal-applikkazzjoni int u timliha.
Iva, il-Portfolio għandu jkun ippreparat minn qabel ma tibda timtela l-applikazzjoni. Id-daqs m’għandux ikun aktar minn 3 MB. Jekk inti artist li tagħmel performance, daħħal l-URL tas-showreels (li ma għandhomx ikunu aktar minn 3 partijiet li jieħdu total ta’ 10 minut) f’dokumment Word u mbagħad issavjah bħala PDF. Filwaqt li jekk il-kors tiegħek hu iktar viżwali, dokument PDF li juri mill-inqas tliet xogħlijiet differenti għandu jkun biżżejjed.
L-applikant għandu jagħżel il-kors ta’ studju. L-applikazzjoni tippermetti lill-applikant li jagħżel sa ħames (5) istituzzjonijiet differenti, li jridu jkunu rikonoxxuti mill-MFHEA. Irreferi għal Sezzjonijiet 4 u 5 tar-Regolamenti. Tipi ta’ Boroż ta’ Studju & l-pussess u t-tqegħid, fir-Regolamenti.
Le, pero’ jekk jogħġbok innota li sad-data tal-għeluq li hija l-27ta’ Settembru 2024, l-applikant għandu jibgħat imqar Unconditional Letter of Acceptance (ULA) waħda minn istituzzjoni msemmija fl-applikazzjoni.
L-applikant għandu jikteb l-isem eżatt tal-kors, l-isem tal-iskola, il-modalità, id-data tal-bidu tal-kors u d-data tat-tmiem il-kors fl-applikazzjoni.
Jekk jogħġbok irreferi għal Sezzjoni 9, Kriterji ta’ Selezzjoni, fir-Regolamenti.
Le, l-applikanti għandhom jibdew il-kors tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2024.ta’ Diċembru 2024.
Le, ma jiġux ikkunsidrati mill-ASSB. Barra minn hekk, il-link għall-applikazzjoni onlajn tingħalaq awtomatikament fil-ħin tal-għeluq.
Barra mill-għarfien u esperjenza sabiħa, ser tirċievi fondi biex tissostni l-istudji tiegħek. Irreferi għal Sezzjoni 10 fir-Regolamenti. Valur tal-għotjiet, fir-Regolamenti.
Tiġi organizzata laqgħa matul il-perjodu tal-applikazzjonijiet, u barra minn hekk, id-dettalji kollha jinsabu fuq is-sit tagħna.
Wara li l-applikazzjoni tkun sottomessa, ma tistax iżżid dokumenti permezz tal-portal, għalhekk hu rrakkomandat li tibgħathom email fuq: artsscholarships.meyr@gov.mt
Kull performing artist huwa mitlub li jagħmel audition ta’ madwar 10 minuti, segwiet minn intervista. L-applikanti li se jiżfnu huma mitlubin iġibu l-apparat tal-mużika tagħhom stess. L-applikant għandu jsib lil xi ħadd hu jekk ghandu bzonn akkompanjament bil- mużika.
Fil-post tal-auditions, il-pjanu u d-drums biss jiġu pprovduti, għalhekk dawk li ser idoqqu strument ieħor għandhom iġibu l-istrument tagħhom stess.
L-auditions ma jistgħux isiru onlajn (l-applikant irid ikun preżenti fiżikament fil-post provdut).
L-ASSB u MEYR m’humiex responsabbli għal kwalunkwe dannu ta’ oġġetti jew dannu personali li jistgħu jseħħu waqt l-auditions.